top of page
DSC_6033.jpg

L-Innu l-Kbir ta' San Duminku

Pacifiku Scicluna 1876 - 1957

Innu lil San DuminkuPacifku Scicluna
00:00 / 27:37

Innu lil San Duminku huwa aktar magħruf mad-Dumnikani tal-Birgu bħala l-Innu l-Kbir. Huwa xogħol forma ta' kantata tal-ex-direttur mużikali ta' din il-Banda, Pacifiku Scicluna, li kitbu fis-sena 1907 u li aktar tard il-versi tiegħu ġew maqluba għall-Malti minn Patri Edward Bezzina OP. F'dan ix-xogħol insibu l-użu ta' tliet solisti, tenur, sopran u baxx flimkien ma' parti importanti kantata minn kor tat-tfal. Huma bosta x-xogħolijiet li ħalla Pacifiku Scicluna iżda bla dubju ta' Xejn il-kapulavur tiegħu huwa l-Innu lil San Duminku, l-Innu l-Kbir, li mhux ta' b'xejn huwa miżmum b'għożża kbira fl-arkivji mużikali ta' din l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own.

Paċifico_Scicluna.jpg
L-Innu l-Kbir

Ġieħ lill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own
tal-Birgu f'għeluq il-125 sena mit-twaqqif tagħha

Emanuel Spagnol 1963 - 

Ġieħ lill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu f'Għeluq il-125 mit-Twaqqif tagħhaEmanuel Spagnol
00:00 / 08:44

Ġieħ, xogħol oriġinali ġdid u ddedikat lill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu f'għeluq il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, 1891-2016. Dan ix-xogħol, li huwa wieħed deskrittiv, huwa minsuġ fuq it-tema oriġinali tal-innu uffiċjali ta' din il-banda flimkien ma' temi oriġinali oħra li jfakkru f'episodji li għaddiet minnhom din l-Għaqda tul iż-żmien. Ġieħ ġie esegwit għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif ta' din il-banda f'Awwissu tal-2016.

55869399_10219490224311130_6077846785080950784_n.jpg__nc_cat=104&ccb=1-7&_nc_sid=8bfeb9&_n

Albums

bottom of page