IL-BANDA PRINCE OF WALES OWN
Surmastrijiet li għamlulna ġieħ
Lorenzo Grima
1891-1892
Ä użeppi Poretlli
1892-1893
Ä użeppi Portelli twieled l-Isla fl-1932.
Ä użeppi Micallef
1893-1895
1895-1897
Chev. Mro. Alfred P. Hare twieled il-Belt Valletta fl-1865. Huwa attenda l-iskola fis-Seminarju tal-Imdina u beda l-istudji mużikali tiegħu minn 16-il sena. Kien evidenti mill-bidu li Mro. Hare kien student brillanti, peress li h kien rebaħ borża ta ’studju u kompla l-istudji tiegħu. fil-Conservatorio Musical San Pietro a Majella f’ Napli. Fl-1885, Mro Hare mar l-Indja fejn inħatar Maestro ta' numru ta' baned lokali, speÄ‹jalment baned militari. Fl-Indja, kien popolari għal kunÄ‹ert magħmul ma ’band magħmula minn 200 element. Mro. Hare rritorna Malta fl-1903 u nħatar direttur mużikali ta' baned lokali fosthom il-Prince of Wales Own tal-Birgu.
1897-1904
Taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raffaele Ricci, il-Banda Vittoriosana kienet għaddejja mill-aħjar żminijiet tagħha, Ä¡iet mistiedna biex waqt il-wasla tar-Re u tal-persunaÄ¡Ä¡i distinti mistiedna u tul iÄ‹-Ä‹erimonja tat-tqegħid tesegwixxi programm mużikali. Din il-parteÄ‹ipazzjoni tal-Banda Ä¡iet irrapurtata bi prominenza fil-Ä¡urnali ta’ dawk il-Ä¡ranet. Meta d-Duka ta' York żar Malta, il-Banda li sa dak iż-żmien kienet għadha Ä¡Ä¡ib ismu Ä¡iet mistiedna biex tilqgħu. Prominenti fir-repertorju mħejji mis-surmast Ricci, li ftit qabel kien inħatar surmast direttur minflok Micallef, kienet il-kompożizzjoni Ä¡dida tiegħu li ħejja għall-okkażjoni – Souvenir of Malta. Kopja tagħha kienet ingħatat lid-Duka bħala tifkira ta’ din iż-żjara fi gżiritna.
Fi żmienu l-banda bdiet tiÄ¡i mistiedna f’diversi festi, fosthom il-Furjana, Ħal Kirkop, il-Kalkara, Ħal Għaxaq, l-Imsida u l-Isla. Ma’ dawn kienet il-banda mistiedna f’diversi okkażjonijiet fil-Belt Valletta u fil-Birgu, inklużi l-festa ta’ San Duminku flimkien ma’ dik ta’ San Lawrenz. Fost dawn l-impenji kollha, tispikka l-parteÄ‹ipazzjoni speÄ‹jali tal-banda meta r-Re Dwardu VII qiegħed l-ewwel Ä¡ebla tal-Breakwater.
Id-direzzjoni ta’ Mro. Ricci ntemmet ħesrem bil-mewt tiegħu fil-15 ta’ Settembru 1904. Kellu wieħed mill-aqwa funerali ta’ dak iż-żmien bil–parteÄ‹ipazzjoni taż-żewÄ¡ baned Vittoriosani flimkien mal-banda Duke of Connought ta’ Birkirkara, li kienet diretta minnu wkoll. Il-Banda Duke of Ednburgh, li tagħha kien inħatar direttur onorarju, immarÄ‹jat b’marÄ‹i funebri fuq quddiem tal-korteo u d-Duke of Connought u l-Prince of Wales Own wara t-tebut.
1904-1905
Mro. Luigi Vella twieled fl-10 ta' Ottubru 1868 u mill-ewwel wera fih it-talent mużikali. Studja fil-KulleÄ¡Ä¡ ta' Sant lnjazju mmexxi mill-Ä iżwiti f'San Ä iljan, u tgħallem il-mużika taħt missieru, li dak iż-żmien kien magħruf ma' Malta kollha u fl-aqwa tiegħu. Nistgħu ngħidu, li bħal missieru u ħutu l-oħra, Luigi Vella ta kontribut kbir fil-qasam mużikali ta' Malta. Hu serva bosta drabi bħala Maestro di Cappella tal-Kattidral, xhieda tal-fiduÄ‹ja kbira li kellu missieru fih u wkoll tal-isqof Mons. Pietru Pace, li kien għażlu biex ikun sostitut ta' missieru. Xhieda oħra tal-kapaÄ‹ità ta' dan il-kompożitur kbir hija l-kwantità ta' mużika mill-isbaħ tiegħu li llum, bil-koperazzjoni u l-Ä¡enerożità tal-familja tiegħu, tinsab ikkonservata fl-arkivju tal-Mużew tal-Kattidral, l-Imdina.
​
Fil-bidu tal-1905, il-kumitat ħatar lil Mro. Luigi Vella, wieħed mill-aħjar kompożituri Maltin ta’ dak iż-żmien. Din l-għażla kienet intlaqgħet tajjeb, għax ħafna ma kinux sodisfatti li mużiÄ‹isti Maltin ta’ ħila kienu qed jingħataw il-Ä¡enb. Il-Ä¡urnal Malta Tagħna, fil-ħarÄ¡a tal-14 ta’ Jannar ta’ dik is-sena, dwar l-għażla ta’ Mro. Vella kien ikkummenta hekk:
Tal-Prince of Wales ħaqqhom kull tifħir għax għażlu raġel Malti bħalna li hu kapaċi daqs min hu kapaċi.
​
Dan il-kumment kien mistħoqq, għax Mro. Vella kien ħareÄ¡ rebbieħ f’diversi konkorsi mużikali. Kompożizzjonijiet tiegħu, għal-livell għoli tagħhom, sabu posthom fl-Arcivio Consevatorio S. Pietro a Maiella ta’ Napli u oħrajn sagri Ä¡ew inseriti fl-Arkivju tal-Vatikan. Dan wassal biex, ftit wara, inħatar Maestro di Cappella tal-Katidral tagħna. Fl-1905 ikkompona "Interludio" għall-Banda 'Prince of Wales' tal-Birgu.
​
Il-mod Ä¡did ta’ direzzjoni tiegħu ntlaqa’ tajjeb mid-dilettanti. Fl-ewwel programm li għamlet il-banda taħt id-direzzjoni tiegħu, li għamlitu l-Belt fil-festa ta’ San Pawl, fi Pjazza San Ä orÄ¡, il-planÄ‹ier kien imdawwar minn folla mdaqqsa. L-istess għamlu fit-tieni wieħed fil-Birgu, fi Pjazza Vittoriosa, ħamest’ ijiem wara. Programmi li ntgħoÄ¡bu tant li Ä¡urnal minnhom kien irraporta:
​
Taħt Vella l-Banda saret minn ta’ quddiem fost il-Baned Maltin
​
Mro Vella għamel ftit xhur biss bħala surmast, għax fi Frar 1906.
1905-1914
Immedjatament wara r-riżenja ta’ Vella, kien inħatar temporanjament is-Surmast PaÄ‹ifiku Scicluna, bl-ewwel programm dirett minnu jkun f’Bormla fil-festa tas-Salib. Id-direzzjoni tiegħu ntgħoÄ¡bot, għax f’Awwissu tal-istess sena, Ä¡ie konfermat direttur effettiv. Fost il-kompożizzjonijiet li għamel kemm dam direttur ta’ din il-Bnada hemm l-Inno a San Domenico, li baqa’ magħruf bħala l-Innu l-Kbir.
1914-1922
F'DiÄ‹embru tal-1913 kien inħatar is-Surmast Sqalli Giuseppe Monterosso, bl-ewwel programm taħt id-direzzjoni tiegħu jkun fi Pjazza San Ä orÄ¡ il-Belt Valletta, nhar l-Għid il-Kbir. Fl-1922 Monterosso ddeÄ‹ieda li jmur lura Sqallija biex ħa d-direzzjoni tal-Banda ta’ Aci Catena.
1924-1932
Is-Surmast Giovanni Gatt kien Ä¡ie approvat f’Seduta Straordinarja li nżammet fl-20 ta’ DiÄ‹embru 1924. Mro. Gatt idderieÄ¡a għall-ewwel darba lil Prince of Wales Own, f’kunÄ‹ert li għamlet fil-Garrison School f’Bormla fil-festa tal-Irxoxt, nhar is-16 ta’ April 1925. Dan il-kunÄ‹ert mill-isbaħ sar magħruf mid-dilettanti tal-baned u wara talba Ä¡enerali l-Banda reÄ¡għet għamlitu fi Piazza Tesoreria, il-Belt, fejn Mro. Gatt kien ingħata eloÄ¡ju sħiħ għall-mod ta’ direzzjoni.
1932-1938
1975-1980
Is-Surmast Manweli Costantino mhux biss issokta bit-tagħlim tal-allievi bħas-soltu li mingħajr ħlas wara r-riżenja ta' Gatt, iżda fl-1931 ħa wkoll id-direzzjoni tal-banda, bħala aÄ¡ent direttur, fejn baqa’ hekk sal-25 ta’ Settembru 1938. Costantino serva bħala viÄ‹i-surmast fiż-żminijiet diffiÄ‹li ta' wara l-gwerra u flimkien mas-surmast Vincenzo Ciappara Ä¡abu l-banda fuq riÄ¡lejha. Wara r-riżenja ta' Ciappara minħabba raÄ¡unijiet ta' saħħa, Manweli Costantino reÄ¡a' ħa t-tmun tal-banda sal-1980
1938-1975
Minfloku kien intgħażel is-Surmast VinÄ‹enzo Ciappara, bl-ewwel impenn tiegħu jagħmlu b’kunÄ‹ert tal-banda fil-każin fis-7 ta’ Ottubru 1938. Dan is-surmast, magħruf bħala r-Re tal-marÄ‹i Maltin, skont P.P. Ciantar, il- Banda Prince of Wales Own għandha d-distinzjoni jew privileÄ¡Ä¡ li l-ewwel marÄ‹ kompost minnu kien għamlu għaliha u kienet hi li daqqitu l-ewwel darba.
​
Mal-ħatra ta’ kumitat Ä¡did tas-SoÄ‹jetà għas-sena 1948, wara l-qirda tal-gwerra, tqanqlet ix-xewqa li tiÄ¡i ffurmata wkoll il-Banda. Bdew bit-tiswija ta’ wħud mill-istrumenti u nxtraw oħrajn Ä¡odda. Kompla fil-kariga ta’ Surmast Direttur VinÄ‹enzo Ciappara u Manweli Costantino aÄ‹Ä‹etta l-kariga ta’ Assistent Surmast u Għalliem tal-Allievi. Xogħlu bdieh immedjatament bl-ewwel tliet żgħażagħ allievi.
F’Mejju tal-1949, saret proposta biex jibdew il-kunÄ‹erti tal-Banda li Ä¡iet iffurmata fi ftit Ä¡imgħat. Mro. Ciappara u Mro. Costantino Ä¡abuha soda biżżejjed biex tipparteÄ‹ipa fil-festa ta’ San Duminku Ä‹Ä‹elebrata dik is-sena stess.
1980-1989
Is-surmast Pace inħatar surmas tal-Prince of Wales fl-1980. F’Marzu, 1984 Dr. Alex Sciberras Trigona li kien Ministru tal-Kultura, uffiÄ‹Ä‹jalment kien ħatru Surmast Direttur tal-Banda Nażżjonali fejn dam imexxija sa sena 1992. Mro. Pace kien mistieden bħala ‘Guest Conductor’ ma’ diversi baned Maltin kif wkoll anki barranin,
1989-2020
Fl-1989 l-Għaqda ħatret lill-Assistent Surmast Emanuel Spagnol bħala Surmast Direttur. Is-surmast Emanuel Spagnol Ä¡ej minn familja mużikali u huwa direttur, kompożitur u għalliem tal-mużika. Studja taħt diversi professuri barranin, gradwat mill-Universita’ ta’ Londra bid-diplomi FLCM u LLCM (Hons.). IdderieÄ¡a diversi drabi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, kif ukoll fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Isvizzera. Fis-2019 huwa Ä‹Ä‹elebra t-30 anniversarju tas-Surmast Emanuel Spagnol bħala direttur mużikali tal-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu. Ikkompona diversi xogholijiet u arranÄ¡amenti għall-banda u orkestra. Fl-2015 ikkompona l-Innu UffiÄ‹Ä‹jali tal-Belt Rebbieħa, il-Birgu, fuq kliem tas-Sur Gorg Peresso. Huwa mexxa l-banda sal-2020 meta rreżenja minn ħabba saħtu.
2020-
Il-Kavallier Vincent Bonnici iben Lawrence u Rose neÄ— Bonnici, twieled nhar it-23 ta' Novembru ta' l-1960 Ä¡ewwa l-Pieta'. Ftit xhur wara, il-familja Bonnici tegħlet Wales fejn kienet tgħix, u rritornat lura lejn pajjiżna fl-1968 fejn stabilixxiet ruħha Ä¡ewwa l-Birgu, pajjiż il-missier. Fl-1970, meta kellu għaxar snin, iÄ‹-Ä‹kejken Vincent beda jirÄ‹ievi l-ewwel lezzjonijiet tal-mużika mingħand Mro Carmelo Vella, Ä¡ewwa l-każin tal-Banda San Ä orÄ¡ ta' Bormla, u tliet snin wara huwa sar bandist ma' l-istess banda fejn għadu f'dan l-impenn sal-Ä¡urnata tal-lum. F'Lulju ta' l-1982 huwa ngħaqad mal-Banda tal-Forzi Armati fejn fil-preżent huwa wieħed mis-solisti ta' l-istess banda. Mal-Banda tal-Forzi Armati huwa siefer seba' darbiet, darbtejn il-Ä ermanja darbtejn l-Italja, Brussels, St. Petersburg ir-RussjaÄ¡ u fil-Libja ghal jum Nazzjonali Libjan. Fl-1993, huwa attenda għal master classes fl-Università ta' Malta fejn hemm iltaqa' u għamel ħbieb mal-professur David Campbell. Mro. Vincent Bonnici huwa kompożitur ta' numru sabiħ ta' marÄ‹i brijuzi, funebri, u arranÄ¡amenti mużikali. Huwa nħatar surmast direttur tal-Banda mill-Kumitat tal-Prince of Wales fl-2020, wara xi żmien li għamel iservi bħala assistent surmast.